L-Għaqda tal-Kristofri
Profil
L-għan immedjat għall-organizzazzjoni ta’ ligs tal-Kristofri huwa li għadd ta’ persuni ta’ karattru rispettabbli, serju u tal-galbu, fi spirtu ta’ ilħuq joħolqu relazzjoni ma’ għadd ta’ tfal u żgħażagħ bil-għan li tinħoloq ħbiberija reċiproka u b’hekk jiġu nkoraġġiti prattiċi umani u nsara tajbin u biex, permezz tal-logħob, meta jiġu espressi prattiċi neġattivi, dawn jistgħu, fil-kwiet u b’fermezza, jiġu ndirizzati.

S t o r j a
Il-grupp iltaqa’ l-ewwel darba fil-25 t’April 1993 u kien proprju magħmul minn żgħażagħ fi żmien it-tax, jiġifieri ż-żgħażagħ kienu bejn it-tlettax u d-dsatax-il sena u din l-ewwel laqgħa saret f’Nru 47 (issa 45), Triq Ninu Cremona, Raħal Ġdid. Il-ħidma kienet li l-ewwel issir laqgħa ta’ formazzjoni u tkun segwita minn ħarġiet, Birżebbuġa, Għawdex u minn logħob, l-iktar logħob tal-ballun.
L - i s f o n d
Biex wieħed jieħu stampa ċara hu mifhum li hu ta’ min wieħed jagħti l-isfond li fih sar dan il-lig.
Dan il-grupp ta’ persuna, l-organizzaturi, qiegħed taħt l-isem Komunità għas-Servizz taż-Żgħażagħ (KSŻ) – L-Għaqda tal-Kristofri (Il-Kristofri) li huma żewġ għaqdiet, bl-istess għanijiet imma li għandhom differenza strutturali fundamentali li hi li l-imsieħba fil-KSŻ huma ċelibi fil-waqt li l-imsieħba fil-Kristofri jistgħu l-istat tagħhom ikun x’ikun, għarajjes, ċelibi, miżżewġa; differenza oħra hi li l-imsieħba fil-KSŻ, meta jkun possibbli, u rġiel għalihom u nisa għalihom, jgħixu f’komunità, jiġifieri taħt saqaf wieħed, dedikati li jgħixu għal dan il-għan fil-waqt li b’mod komunitarju jaħsbu għall-provvediment tal-ħajja ta’ kull jum. Il-Kristofri jgħixu fi djarhom u jattendu l-laqgħat u l-ħidmiet b’mod regolari. Biex isir dan ir-rapport iż-żewġ għaqdiet qed jiġu riferuti t-tnejn bħala “Il-Kristofri.”
Il-għan ewlieni tal-Kristofri huwa li jistudjaw lil Kristu u t-tagħlim tiegħu kif interpretat b’mod uffiċjali mill-Knisja Kattolika u jfasslu ħajjithom fuqu, u jwasslu Lilu u lilhom lill-oħrajn, għax jemmnu li dak hu l-aħjar mod kif wieħed ikun pożittiv u kostruttiv u li dan ikun ta’ ġid għas-soċjetà ’n ġenerali. Il-metodi wżati huma ispirati mill-metodi wżati mill-Moviment tal-Kristofri ta’ New York għalkemm m’hemm l-ebda affiljazzjoni jew relazzjoni strutturali ma’ dan il-moviment; ukoll, għax dan il-moviment huwa kummissjoni fil-waqt li din hija għaqda bi sħubija li tonqos u tiżdied skond kemm jissieħbu fiha jew jitilqu.
Il-grupp iltaqa’ l-ewwel darba fil-25 t’April 1993 u kien proprju magħmul minn żgħażagħ fi żmien it-tax, jiġifieri ż-żgħażagħ kienu bejn it-tlettax u d-dsatax-il sena u din l-ewwel laqgħa saret f’Nru 47 (issa 45), Triq Ninu Cremona, Raħal Ġdid. Il-ħidma kienet li l-ewwel issir laqgħa ta’ formazzjoni u tkun segwita minn ħarġiet, Birżebbuġa, Għawdex u minn logħob, l-iktar logħob tal-ballun.

Fit-8 ta’ Mejju, 1994 grupp ta’ Kristofri Żgħażagħ fi żjara lill-Mużew tal-Istorja Naturali, Mdina.
Mad-dħul tal-millenju 21 bdew jiġu organizzati ligs tal-ballun 5-kull naħa u bdew jiġu avviċinati żgħażagħ li jkollhom iċ-ċirku tagħhom ta’ ħbieb, jiffurmaw tim u b’hekk isir il-lig. Hekk, għal-lig 2000/2001 għal żgħażagħ taħt il-25 daħlu t-timijiet Għajn Dwieli United, Bumble Bees, Kaenarks, Red Devils u Shadows, li, b’dawk li jilagħbu u r-riservi kien hemm 47 imsieħeb. Il-lig intrebaħ minn Għajn Dwieli United.

001127 (27 Nov 2000) It-Tim Bumble Bees qabel il-logħba mat-Tim Red Devils.
Lig ieħor intlagħab fis-Sajf 2001 u ħadu sehem fih sitt timijiet li huma Valletta City, Shadows, Bayern Ameed, X. F. Miżża, Mad Junkies u Red Eagles b’total ta’ 53 imsieħeb.

Tim Valletta City
Sar lig fis-sajf 2003 (Ġunju/Lulju) li fih ħadu sehem tmin timijiet li huma Pagun, White Ghosts, Għajn Dwieli United, ŻAK Żabbar, Cobra, Valletta City, Xejn Sew u Buddies b’total ta’ 80 imsieħeb.

Tim Buddies
Sar lig ieħor tal-futbol 5-kull-naħa fl-istaġun 2003/4 li fih ħadu sehem sitt timijiet li huma Cospicua Rangers, Għajn Dwieli United, Paola, Senglea Athletics, Tal-Għalqa u Wanejċ b’total ta’ 60 imsieħeb.

030902 (2 Sett 2003) Għajn Dwieli United jiċċelebraw ir- rebħ tal-lig.
2005: Bidla fl-organizzazzjoni tal-Logħob
Fl-2005 kien hemm bidla fl-organizzazzjoni ta’ logħob b’enfasi fuq il-futbol ta’ żgħażagħ.
Iż-żgħażagħ huma meqjusin hekk: It-tfal, imsejħa Kristoferini, huma dawk sa 12 il-sena.
Dawk bejn it-13 u d-19 il-sena huma żgħażagħ ta’ żmien it-tax, għax tlettax sa dsatax fihom is-suffiss “tax” u huma msejħa Kristofritax.
Dawk minn 20 sa 35 huma żgħażagħ u jissejħu Kristofriżgħażagħ.
Fejn sa issa bdew jiġu mistiedna żgħażagħ li jkunu hekk imma li s’issa kollha nzertaw li diġa kienu jiffurmaw gruppi fejn liema gruppi ffurmati dawn iż-żgħażagħ kellhom lealtà, l-għaqda bdiet titfa’ d-direzzjoni lejn żgħażagħ bil-għan li dawn proprju jiffurmaw parti mill-għaqda bil-għan li dawn jitilgħu bil-kultura tal-għaqda, bl-għanijiet tal-għaqda u bil-karatteristiċi u l-kariżma tal-Għaqda tal-Kristofri.
Għalhekk ġiet avviċinata d-Diviżjoni tal-Edukazzjoni, preċiżament id-Direttur tal-Operat, fejn kien id-Direttur is-Sur Alfred Mallia. Dan sar fl-4 ta’ Diċembru, 2004. Saret laqgħa mas-Sur Mallia fejn intweriet il-ħidma ta’ din l-għaqda kemm ilha mwaqqfa u fit-13 ta’ Jannar 2005 ingħata l-permess li ħabrieka tal-għaqda jżuru l-iskejjel sekondarji tal-Fortini, Raħal Ġdid u l-Verdala biex inkellmu lill-istudenti u nistednuhom jieħdu sehem fil-ħidmiet tal-għaqda.



Ħidmiet oħrajn ....
barra l-laqgħat
mat-Tfal u
ż-Żgħażagħ.
Pari passu mal-ħidma mat-tfal u ż-żgħażagħ kienu qed isiru ħidmiet oħrajn fi ħdan l-għaqda.
K a r t e l l u n i
Fl-1998 bdew jiġu prodotti tlett kartelluni fil-ġimgħa, wieħed mnebbaħ mill-Evanġelju tal-Ħadd, wieħed li jkun kwotazzjoni minn xi ħadd magħruf u wieħed qawl Malti. Dawn il-kartelluni bdew jitwaħħlu f’postijiet prominenti, fil-knejjes, mal-faċċati tal-knejjes, f’każini tal-banda, tal-futbol, f’għaqdiet volontarji, mħażen tal-armar, għases tal-pulizija, garaxxijiet, wara l-ħġieġ tad-djar tan-nies, kull fejn ikunu jidhru. Dan beda jsir f’lokalitajiet differenti, f’Raħal Ġdid, Ħal Tarxien, il-Fgura, ġo fabrika fil-Qasam Industrijali, Għajnsielem, in-Nadur, ix-Xagħra, ir-Rabat (Għawdex), fi djar tax-xjuħ u permezz ta’ għadd ta’ kollaboraturi li jirċievu l-kartelluni bl-internet, jistampaw u jwaħħluhom huma f’postijiet fejn jarawhom in-nies.
Eżempji ta' tlett kartelluni li jkunu ħarġu f'ġimgħa partikolari :




Programmi fuq ir-Radju

Fl-2007 beda x-xandir fuq ir-radju, bl-ewwel stazzjoni kien Radju Lauretana ta’ Għajnsielem. L-ewwel programm inbena fuq il-ħidma tal-produzzjoni tal-kartelluni li kienet ilha sejra għal disa’ snin. Ittieħdu t-tlett kartelluni, ġew avviċinati persuni li kienu jitkellmu għal seba’ minuti fuq is-suġġetti tal-kartelluni, persuna oħra taqra l-evanġelju tas-suġġett tal-ewwel kartellun u bl-introduzzjonijiet u bl-avviżi nbena programm ta’ 28 minuta. Dan il-programm kien isir darba fil-ġimgħa. Minn Radju Lauretana l-produzzjoni ta’ dal-programm infirxet għal stazzjonijiet oħrajn: Radju Luminarja (Nadur), Radju Kottoner (Bormla), Radju La Salle (Kulleġġ De La Salle), Radju Sacro Cuor (Triq tal-Għajn – Fontana), Radju Bambina (Xagħra), Radju Katidral (Rabat, Għawdex), Radju Leħen il-Belt Victoria (Rabat, Għawdex), Radju Hompesch (Ħaż-Żabbar), Radju Heart (Raħal Ġdid), Radju BKR (Birkirkara).
Fl-1 t’Ottubru 2008 beda jiġi mxandar kull jum programm ta’ ftit minuti li għall-ewwel kien jismu “Ħsieb il-Jum,” fil-waqt li mill-2014 beda jismu “Tlett Minuti Kull Jum.” L-istazzjonijiet t’hawn fuq barra Radju Sacro Cuor u Radju Katidral ixandru dan il-programm u magħhom żdiet Radio City Malta tal-Belt Valletta. Dawn l-istazzjonijiet ivarjaw f’li jxandru dan il-programm minn darba sa tlett darbiet kull jum.






Ħidma biex jingħata kenn lil min ifittex saqaf.
Fil-waqt li kienu għaddejjin dawn il-ħidmiet, il-ħabrieka fi ħdan l-Għaqda tal-Kristofri u l-KSŻ jieħdu sehem attiv fl-għaqda mwaqqfa mill-KSŻ, l-GħOŻM, dik l-għaqda li tipprovdi kenn lil min ikun jinħtieġ saqaf. Fil-waqt li l-Kristofri ltaqgħu għall-ewwel darba fil-25 t’April, 1993, il-KSŻ ilha mwaqqfa minn Awwissu 1974, meta l-imsieħba offrew li jagħtu l-volontarjat u l-enerġija tagħhom f’għaqda li toffri kenn lil min għal xi raġuni (soċjali, finanzjarja, loġistika, eċċ) ma jkollux fejn joqgħod. L-għaqda li twaqqfet kienet l-Għaqda Ostelli Żgħażagħ – Malta (jew Malta Youth Hostels Association – MYHA) u l-ewwel ostell offrietu waħda mill-imsieħba, Grace Stone, appartament f’Birżebbuġa (wara l-knisja) li kien fih tnax-il sodda, kamra komuni, kċina, bitħa, banju għall-irġiel u banju għan-nisa. Wara nfetħu ostelli oħrajn.
Il-Lig tal-2011 fil-Primarji.
Kien hemm tħejjija sa mill-2008 biex fl-aħħar sar il-Lig 5-Kull-Naħa fl-Iskejjel Primarji fl-2011.
Id-diskussjoni fi ħdan l-għaqda kienet issir fid-dawl ta’ dak li ġarrbet l-għaqda mill-kuntatti li kellha l-għaqda mat-tfal tal-iskejjel sekondarji fl-2005 meta Direttur tal-Operat kien hemm is-Sur Alfred Mallia. Ingħaraf li l-aħjar żmien li jsir avviċinament lit-tfal għall-indirizzar tajjeb tal-karattru huwa fiż-żmien li t-tfal ikunu fis-Snin Erbgħa, Ħamsa u Sitta tal-Iskejjel Primarji, u wkoll minn hemm fit-tfal kienu qed jinħassu effetti negattivi mit-teknoloġija tal-Informatika, imma deher li dak hu l-iktar kmieni li jista’ jmur għax fis-snin ta’ qabel ikun kmieni wisq.
Ġie maħsub li jkunu reklutati msieħba mill-istudenti iktar kbar, bħal ma huma l-istudenti tal-MCAST. Kien hemm kooperazzjoni sħiħa mid-direzzjoni tal-MCAST u saru diversi taħditiet, ukoll bil-pawerpojnt imma voluntieri kienu waħdiet u min beda ma kompliex.
Fl-2009 saru kuntatti mad-Direttur Ġenerali tas-Servizzi Edukattivi. Dan sar fis-6 ta’ Settembru u laqgħa ġiet iffissata għad-19 ta’ Ottubru. Wara li ġiet sottomessa l-ħidma tal-għaqda saret it-talba li l-għaqda tmur f’għadd ta’ skejjel primarji, fil-klassijiet tas-Sena 5 u Sena 6 wara l-ħin tal-iskola u, wara li ngħinu lit-tfal jagħmlu x-xogħol tad-dar, norganizzawhom f’timijiet tal-futbol u jsir lig. Id-Direttriċi Ġenerali, is-Sinjorina Micheline Sciberras, kienet lesta li tagħti l-approvazzjoni tagħha imma riedet żewġ punti ta’ sigurezza: Punt kien li kull min ikollu kuntatt mat-tfal fl-iskejjel ikollu tlett rakkomandazzjonijiet li jitkellmu fuq il-karattru tiegħu u t-tieni punt hu li jkun assigurat li l-għaqda għandha l-approvazzjoni tal-Arċidjoċesi ta’ Malta għax-xogħol li qed isir minn din l-istess għaqda.
Dwar it-tieni punt saru laqgħat mal-Isqof Annetto Depasquale u dan kiteb lura lid-Direttriċi li ilu jaf lill-għaqda għal bosta snin u li din kienet impenjata f’ħidma ta’ fejda fil-komunità tagħna. Dan sar wara li l-Isqof ikkonsulta u ħa l-parir tal-Uffiċċju tal-Edukazzjoni Reliġjuża, Segretarjat għall-Katekisti.
Kull ħabrieki li kien se jkollu kuntatt mat-tfal ħa ħsieb li jkollu tlett rakkomandazzjonijiet u b’hekk, wara li saru kuntatti ma’ għadd ta’ skejjel il-Lig 5-Kull-Naħa seta’ jibda.
Il-lig beda fil-11 t’April u spiċċa fis-26 ta’ Mejju. Ħadu sehem fih seba’ timijiet: Żewġ timijiet minn Ħal Luqa, Ġiżimin u Sardinell; tim wieħed mill-Marsa, Peprin; żewġ timijiet minn Raħal Ġdid, Dalji u Ġilji u żewġ timijiet minn Ħal Tarxien, Qronfol u Ward. It-tim rebbieħ kien it-Tim Kristoferini Ġiżimin ta’ Ħal Luqa.

Is-Sinj. Anna Marija Gilson, rappreżentanta tad-Direttorat tas-Servizzi Edukattivi mat-Tim Rebbieħ fil-Premjazzjoni.
Il-Lig tal-2012 fil-Primarji.
Fl-2012 id-Direttorat tas-Servizzi Edukattivi ġie avviċinat biex jerġa jsir dak li sar fl-2011 u l-Maniġer tas-Servizzi tas-Sezzjoni tal-Proġetti u Inizjattivi kitbet lil għadd ta’ skejjel u oħrajn prospettivi fis-sens biex jiġi organizzat dan il-lig wara l-ħin tal-Iskola mill-Għaqda tal-Kristofri.
It-timijiet li eventwalment ħadu sehem kienu l-Isponsuni u l-Vrieden mill-Ħamrun, l-Ajkli minn Ħal Luqa, il-Pitirrossi mill-Marsa, l-Apparelli u l-Kuċċardi minn Raħal Ġdid u l-Amorini u l-Ġojjini minn Ħal Tarxien.

Sponsuni

Vrieden

Ajkli

Pitirrossi

Apparelli

Kuċċard

Amorini

Ġojjini
Rebbieħa: Amorini
Il-Lig tal-2013.
Fl-2013 sar b’sejħa miftuħa lil kull min kellu kuntatti mal-Għaqda tal-Kristofri u l-ħbieb li setgħu jġibu magħhom. Ħadu sehem 27 membru li kienu tal-età tal-iskola sekondarja.
B’dawn ġew iffurmati erba’ timijiet: Gorilli, Iljuni, Panteri u Tigri.
Il-logħob sar fil-Grawnd tal-Agostinjani, Ħal Tarxien u l-Grawnd amministrat mill-Kunsill Lokali tal-Fgura. Kull tim lagħab 20 logħba u qabel kull logħba kienet issir laqgħa ta’ formazzjoni.
Il-klassifika finali kienet din: